Il-Gvern jikkunsidra jneħħix il-proklama lil George Farrugia

Jekk George Farrugia, in-negozjant li ngħata l-proklama, mhux se jgħid dak kollu li jaf dwar il-każ tax-xiri taż-żejt, il-Gvern se jiddeċiedi jekk inneħħilux il-privileġġ tal-proklama. 
Dan wara li l-ġurnal Malta Today, illum ippubblika imejls mibgħuta minn George Farrugia u eks direttur tal-Awtorità tar-Riżorsi fejn dan tal-aħħar qed ikun allegat li aċċetta rigali mingħand il-kumpanija taż-żejt Trafigura. 
Waqt l-attività poltilika f’Ħaż-Żebbuġ, il-Prim Ministru qal li Farrugia ngħata l-maħfra Presidenzjali bil-kundizzjoni li jikxef kollox. 
Jekk Farrugia ma tkellimx dwar dawn ir-rigali mal-Pulizija, allura l-Prim Ministru se jlaqqa’ l-Kabinett u  jikkunsidra jneħħilux il-proklama. 
Stqarrija mibgħuta mill-Gvern dalgħodu wkoll qalet li dan l-uffiċjal tal-Gvern ġie sospiż immedjatament minn xogħlu minħabba l-allegati rigali u involviment tiegħu f’dan il-każ.