Il-Gvern jikkonsulta dwar jekk 24 sit għandhomx isiru art pubblika

Il-Ministru għall-Ippjanar Ian Borg qal li se titnieda konsultazzjoni fuq 24 applikazzjoni (ara isfel)  li rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet biex dawn isiru artijiet pubbliċi.
Waqt li kien qiegħed jitkellem fil-Parlament fid-dibattitu dwar l-estimi tal-Awtorità dwar l-artijiet Dr Borg spjega li 16-il applikazzjoni kienu minn Flimkien għal Ambjent Aħjar, seba’ minn Friends of the Earth u oħra mill-Ministeru għall-Ambjent.
Qal li wara l-konsultazzjoni se ssir analizi mill-Awtorità tal-Ippjanar biex imbagħad ikun il-Parlament li japprova l-applikazzjonijiet.
Is-siti huma l-park nazzjonali Inwadar, Wied Għomor, Manoel Island, Wied Garnaw, sitt f’Ħondoq, sit f’Kalanka f’Denlimara, sit fejn hemm tliet siġar stroriċi f’Ta’ Xbiex, il-Bajja ta’ San Ġorġ, sit mill-bajja ta’ San Tumas sa Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk, is-siti mis-Siġġiewi għaż-Żurrieq, siti fil-Belt Valletta u l-forti Sant’Iermu, l-Argotti, il-ġonna San Filep u Sa Maison, Villa Guardamangia, Kemmuna, iċ-Ċittadella, Ta’ Ċenċ, is-siti f’Ħas-Saptan u Wied Żembaq, is-sit f’Is-Simblija, Ras ir-Raheb, Qlejgħa u Fomm ir-Riħ.

Il-Ministru qal li l-Awtorità qiegħda fil-proċess biex issib direttur fl-uffiċċju tal-verifikazzjoni.