Il-Gvern jikkonferma li Martin Galea ġie maħtuf

Il-Gvern illum kkonferma li Martin Galea, ġie maħtuf mill-militanti fil-Libja. Ilbieraħ is-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Mario Cutajar, qal li l-kelma 'ħtif' intużat mill-midja u li l-Gvern qatt ma' qal li Martin Galea ġie maħtuf.
F'kummenti lill-midja, is-Segretarju Permanenti Ewlieni qal li dan setgħu jikkonfermawh wara li saru iktar intervisti ma' Galea kif ukoll ma' xi persuni oħra.  Madanakollu sostna li għadu mhux magħruf mil-liema grupp ġie miżmum.
Mario Cutajar spjega kif mit-testijiet li saru fuq Galea ma rriżultax li kien hemm xi vjolenza fuqu.
Spjega li l-awtoritajiet għadhom qed jitkellmu miegħu, u ma' persuni oħra biex joħorġu iktar dettalji.