Il-Gvern jiftaħ l-14-il childcare centre

DOI - Kevin Abela

Ġie inawgurat Żmeraldi, childcare centre ġdid f’Ħaż-Żebbuġ. Dan iċ-ċentru huwa l-14-il wieħed li hu mmexxi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi. B’kollox dawn iċ-ċentri joffru kura għal madwar 700 tifel u tifla taħt it-tliet snin.

Ix-xogħlijiet li saru fuq dan iċ-ċentru, li sar b’investiment ta’ €150,000, kienu jinkludu tibdil u titjib fl-istruttura tal-binja, tqegħid ta’ madum u servizzi u anke twaħħil ta’ aperturi u għamara.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li s’issa dan iċ-ċentru qed jilqa’ fih 15-il tifel u tifla.