Il-Gvern jiffirma ftehim ma’ Shanghai Electric Power

MEW

Il-Gvern iffirma ftehim ma’ Shanghai Electric Power il-Ġimgħa.

Il-memorandum ta’ ftehim ġie ffirmat il-Ġimgħa mill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi ma’ Wang Huaming, li huwa l-General Manager ta’ Shanghai Electric Power waqt żjara li Mizzi qed jagħmel fiċ-Ċina

Fi stqarrija il-Ministeru qal li dan għandu jkabbar il-koperazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina fir-riċerka fis-setturi tal-ilma u l-enerġija. Ġie spjegat li dan se jkun qed iffisser li r-riċerka konġunta bejn Malta u l-kumpanija Ċiniża se tkun iffaċilitata, fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi bħala sistemi intelliġenti tad-distribuzzjoni tal-enerġija, produzzjoni ta’ enerġija alternattiva fost oħrajn.

Il-Ministru Mizzi indirizza ċ-ċerimonja inawgurali tal-Belt and Road Energy Partnership.