Il-Gvern jiċħad li l-Enemalta jew Enemed xtraw mingħand SOCAR

Il-Gvern ċaħad allegazzjonijiet li saru u saħaq li l-kumpaniji Enemalta u Enemed qatt ma xtraw żejt mill-kumpanija tal-Ażerbajġan, SOCAR.
Il-Gvern kien qed iwieġeb għal artiklu ta’ ġurnal barrani li kkwota lil kelliem tal-kumpanija SOCAR jgħid li kwart tal-prodotti taż-żejt li esporta l-Ażerbajġan is-sena li għaddiet marru f’Malta.