Il-Gvern jiċħad li kellu laqgħa mal-awtoritajiet Libjani

Luke Zerafa

Uffiċjal tal-Gvern Malti qal ma’ Newsbook.com.mt li rappreżentanti tal-Gvern Libjan niżlu Malta biss biex jitilqu lejn destinazzjoni oħra.

Il-Kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet li Newsbook.com.mt bagħat lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Dan jista’ jindika li l-uffiċjali li waslu Malta fuq titjira ta’ Arab Airlines, ma ġewx biex jiddiskutu la mal-Prim Ministru Robert Abela u lanqas mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo.

Illum is-sit News News ħareġ storja li fiha qal li kkonferma li abbord hemm wieħed mill-mexxejja Libjani li ġie f’pajjiżna għal diskussjonijiet mal-Gvern Malti.

It-Times of Malta qalet li s-sorsi tagħha ċaħdu l-istorja tan-Net.

Dan ix-xahar Malta offriet li tospita t-taħdidiet ta’ paċi dwar il-Libja bħala parti mill-Proċess ta’ Berlin immexxi min-Nazzjonijiet Magħquda.