Il-Gvern jiċħad li hemm 35 każ ieħor ta’ coronavirus

Read in English.

Il-Gvern ċaħad li hemm 35 każ ieħor ta’ coronavirus f’Malta.

Dalgħodu l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li kien hemm disa’ każijiet ikkonfermati f’Malta.

Illum beda jdur messaġġ fuq il-midja soċjali li kien hemm xi 30 każ ieħor. Għas-6.14pm il-paġna ta’ Facebook 4Malta allegatament ikkwotat uffiċjal tal-Gvern li qal li kien hemm xi 35 każ ieħor.

Kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa qalet lil Newsbook.com.mt li dan mhuwiex veru.

Illum il-PM Robert Abela ħabbar li l-iskejjel f’Malta se jingħalqu minn għada. Se jkunu magħluqin għal ġimgħa. Waqt konferenza tal-aħbarijiet Abela qal li l-ġenituri li jkollhom joqgħodu d-dar mat-tfal se jkollhom jużaw il-leave tagħhom għal issa. “Huwa ċar li huma skomdi”, qal Abela b’referenza għall-miżuri li qed jittieħdu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn