Il-Gvern jibda jindirizza lill-midja mill-mezzi soċjali

Read in English.

Wara li ddeċieda li jgħalaq l-iskejjel il-Gvern iddeċieda li jibda jindirizza lill-midja mill-mezzi soċjali fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-coronavirus li qed tkompli tiżviluppa.

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ġeneralment jibgħat lista ta’ konferenzi tal-aħbarijiet li jkunu se jsiru minn ġurnata qabel.

Illum fis-7pm, id-Dipartiment tal-Informazzjoni qal li għada se tkun qed issir preżentazzjoni b’rabta mat-turiżmu li għaliha se tattendi l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli.

Il-midja intalbet issegwi l-attività permezz tal-Facebook.

Kelliem għall-Gvern qal li l-press coverages se jkunu qed jonqsu. Dawk li jistgħu jsiru bil-mezzi soċjali se jsiru hekk. Żied jgħid li jibqa’ jkun hemm konferenzi tal-aħbarijiet li jsiru b’mod “normali” fejn ikun meħtieġ.

Dalgħodu l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li sabu żewġ każijiet ġodda ta’ COVID-19. B’kollox hemm disa’ każijiet f’Malta.

Il-PM Robert Abela ħabbar li l-iskejjel f’Malta se jingħalqu minn għada. Se jkunu magħluqin għal ġimgħa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn