Il-Gvern jgħid li ż-żieda fiż-żjarat lejn Għawdex fl-2014 akbar miż-żieda fil-5 snin ta’ qabel

Il-Gvern qal li fl-ewwel sentejn tal-amministrazzjoni preżenti,  kważi rduppjaw il-passiġġieri u l-vetturi li żaru Għawdex, meta mqabbel mal-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti.
Fi stqarrija, il-Gvern irrefera għaċ-ċifri tal-NSO u  spjega li filwaqt li fil-ħames snin kollha tal-amministrazzjoni preċedenti kien hemm żieda ta’ 297,400 passiġġieri li qasmu l-fliegu, fl-2014 biss kien hemm żieda ta’ 247,900 passiġġier.
F’ħames snin sħaħ kien hemm żieda ta’ kważi 79,100, filwaqt li matul l-2014 kien hemm żieda ta’ 92,500 vettura.
Il-Gvern saħaq li din hi konferma oħra li l-attività ekonomika fil-pajjiż qed tirranka.