Il-Gvern jgħid li unjin tal-għalliema qed tikser il-liġi

Il-Gvern qal li l-Unjin tal-Edukaturi Professjonali qed tikser artiklu numru 5 tar-Regolazzjonijiet tal-2016 għax ħarġet direttivi ta’ natura kollettiva. Artiklu numru 5 jgħid li l-ebda unjoni oħra ma tista’ tintervjeni fuq affarijiet relatati mal-ħaddiem, ladarba hemm Unjin diġà rikonoxxuta bħala l-Unjin li tieħu ħsieb il-grupp ta’ ħaddiema ikkonċernati.

L-Unjin sturzzjonat lill-għalliema li qed isofru minn xi “inġustizzja” biex ma jattendux laqgħat relatati mas-suġġetti tagħhom u ma jaċċettawx postijiet speċjali bħal dmirijiet ta’ Form Teachers. Hija kienet ħarġet direttiva ukoll biex l-għalliema ma jibgħatux xogħolhom lill-Istamperija tal-Gvern.

L-Unjin mhix rikonoxxuta bħala trejd unjin għall-edukaturi fis-settur tal-istat. Dan qalu l-Ministeru għall-Edukazzjoni fi stqarrija li ħareġ dwar id-direttivi li ħarġu lill-għalliema lbieraħ mill-istess Unjin.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li hu impenjat li jiżgura l-aħjar kundizzjonijiet tax-xogħol għall-impjegati tiegħu u li se jkompli jidjaloga u jikkomunika b’mod kontinwu mat-trejd unjins rikonoxxuti f’dan is-settur.