Il-Gvern jgħid li qed jimxi ma’ linji-gwida għall-aċċessibiltà fis-sistemi tal-IT

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech ressaq sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari lill-Ministri Jose’ Herrera, Chris Fearne, Carmelo Abela, Ian Borg, Justyne Caruana u Michael Falzon. Fihom staqsa jekk is-sistemi tal-informatika fid-dekasteri u d-dipartimenti rispettivi li jaqgħu taħthom, humiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. 
Għal dawn il-mistoqsijiet, il-Ministri rispettivi kollha wieġbu li l-Gvern ilu jsegwi l-linja-gwida tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) mindu din twaqqfet fis-sena 2000.