Il-Gvern jgħid li mill-2013 Malta naqqset l-emissjonijiet ħżiena

Iż-żieda fl-emissjonijiet ħżiena f’Malta, bejn l-1990 u l-2012, tirrifletti b’mod partikolari l-użu tal-liquid fossil fuels mill-power station tal-Marsa u ta’ Delimara.
Hekk wieġeb il-Gvern b’reazzjoni għaċ-ċifri ppubblikati mill-Eurostat ilbieraħ, fejn juru li ż-żieda ta’ 57% f’dan iż-żmien f’Malta kienet l-ikbar żieda fost it-28 pajjiż membru tal-UE.
Il-Gvern madankollu spjega li bl-għeluq tal-power station tal-Marsa u l-qalba tal-impjant f’Delimara għall-gass, Malta tinsab f’pożizzjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra.
Il-Gvern spjega li ċ-ċifri juru li mill-2013 ’il quddiem, Malta kellha tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet fosthom mill-enerġija, mill-industrija, mill-agrikoltura u mill-immaniġġjar tal-iskart.