Il-Gvern jgħid li l-kritika tal-Birdlife hi inġusta

Il-Gvern sejjaħ l-atteġjament u l-kritika tal-Birdlife bħala inġusta. Fi stqarrija, l-Gvern qal li s-servizz tal-Armata ġie offrut biex ikompli jinforza r-regoli tal-kaċċa.

L-istqarrija tgħid li l-użu ta’ numru ta’ suldati biex jgħassu l-konfini ta’ riżervi naturali ppermetta lill-pulizija jkomplu b’ħidma ta’ sorveljanza f’żoni oħra tal-pajjiż b’mod li effettivament itejjeb l-infurzar.

Intqal li l-kritika tal-Birdlife tmur kontra l-argument li dejjem iġġib l-istess għaqda dwar il-bżonn li jkun hemm aktar persuni dedikati għall-infurzar. Il-Gvern staqsa x’ kienet tkun ir-reazzjoni tal-għaqda kieku l-Gvern naqqas l-ammont ta’ persuni jinfurzaw ir-regolamenti.