Il-Gvern jgħaddi €12-il miljun għal diversi NGOs

34 għaqda li jaħdmu fil-qasam soċjali, ingħataw kważi €12-il miljun mill-Gvern, għall-ħidma li wettqu dawn l-aħħar ħames snin.

L-organizzazzjonijiet li qed igawdu minn din l-għajnuna finanzjarja jinkludu fost l-oħrajn lil dawk li jagħtu servizz lill-persuni b’diżabilità, nisa li sofrew minn vjolenza domestika u lil uliedhom, żgħażagħ jew familji emarġinati, ħabsin, vittmi tal-kriminalità, anzjani u morda.

Il-Ministru għall-familja, Dr Chris Said, qal li filwaqt li l-fond għall-Għaqdiet Mhux Governattivi żdied kull sena mill-2008 ‘l hawn, l-allokazzjoni għal dan il-fond għas-sena li għaddiet kienet l-ikbar li qatt kienet, dik ta’ €3 miljuni.

Fis-sena 2013 dan il-fond huwa maħsub li jiżdied għal €4 miljun.