Il-Gvern jestendi l-iskema għal vetturi bil-gass

Il-Gvern qed iġedded l-iskema biex vetturi jinqalbu għall-gass u b’hekk jonqsu l-emissjonijiet fl-arja.
Bl-iskema, li daħlet fis-seħħ mill-ewwel tas-sena, il-Gvern se jagħti €200 lill-ewwel 250 applikant li jridu jaqilbu l-vettura tagħhom biex taħdem ukoll bil-gass.
L-iskema tapplika għal karozzi sa tmien passiġġieri jew għal vetturi tal-merkanzija tal-kategorija N1.
Il-Gvern qal li l-applikazzjonijiet, li jistgħu jinkisbu mill-uffiċċji ta’ Transport Malta fil-Furjana jew mis-sit elettroniku tal-awtorità, jintlaqgħu fuq bażi ta’ first-come first-served.
L-iskema tagħlaq sal-aħħar tas-sena jew sakemm jidħlu l-ewwel 250 applikazzjoni eliġibbli.
Jistgħu japplikaw anke dawk li qalbu l-vettura tagħhom għall-gass matul is-sena li għaddiet.