Il-Gvern jalloka €90,000 għall-Fondazzjoni Kana

Il-Gvern se jkun qed jagħti €30,000 fis-sena għat-tliet snin li ġejjin lill-Fondazzjoni Kana.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Familja qal li dan se jkompli jkun ta’ sostenn għal din il-fondazzjoni biex tkompli ttejjeb is-servizz u l-operat tagħha.

Il-Fondazzjoni Kana hija fergħa tal-Moviment ta’ Kana, li dejjem kellu l-iskop li jġib ’il quddiem u jsaħħaħ il-familja. Għal diversi snin, il-Moviment ta’ Kana offra firxa wiesgħa ta’ servizzi edukattivi u terapewtiċi, fosthom servizzi ta’ counsellingfamily therapy, psikologi, psiko-terapisti, support groups, u ħafna servizzi oħra professjonali, dejjem ta’ appoġġ u għajnuna għall-koppji.

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon feraħ lill-fondazzjoni għax-xogħol utli li tagħmel.