Il-Gvern jaħtar lil Dr Franco Debono Kummissarju tal-Liġijiet

Il-Gvern ħatar lill-Avukat Dr Franco Debono bħala Kummissarju tal-Liġijiet (Commissioner of Law).

L-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Liġijiet huwa mwaqqaf skont l-Att tal-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutorji.

L-għanijiet tal-Kummissarju tal-Liġijiet huma varji u jassiguraw leġiżlazzjoni aħjar u iktar korretta.

Il-liġi tipprovdi wkoll l-istess Kummissarju tal-Liġijiet għandu jwettaq dawk id-dmirjiet speċifiċi oħra li jistgħu jiġu mogħtija lilu mill-Gvern u għal dan il-għan Dr Debono ġie mogħti l-inkarigu li jieħu ħsieb il-koordinament tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali li se titlaqqa’ matul din il-leġiżlatura.

L-ewwel ħidma tal-Kummissarju Debono se tkun li jħejji t-termini ta’ referenza għall-Konvenzjoni Kostituzzjonali.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.