Il-Gvern jaħtar lil Dolores Cristina bħala Aġent President ta’ Malta

Il-Gvern se jaħtar lil Dolores Cristina bħala Aġent President ta’ Malta.

Il-ħatra ta’ Cristina se ssir għall-perijodu li matulu l-President ta’ Malta Dr. George Abela se jkun nieqes minn Malta.

Il-President Abela se jkun għal żjara fil-Belt tal-Vatikan bejn nhar it-Tnejn 18 ta’ Marzu u nhar l-Erbgħa 20 ta’ Marzu 2013.

Din il-ħatra ta’ Dolores Cristina bħala Aġent President saret bl-awtorità tal-Prim Ministru, wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni.