Il-Gvern jaħtar bord t’inkjesta dwar ix-xiri tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann

Il-Gvern ħatar bord ta’ inkjesta biex jinvestiga x-xiri tal-post tal-Kunsill lokali ta’ San Ġwann u t-tiġrif tas-saqaf tal-binja.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali José Herrera ħabbar l-ismijiet tal-membri li ser ipoġġu fuq dan il-bord.

Il-bord huwa kompost miċ-chairman Dr. Joe Mifsud, is-Senior Monitoring Officer mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali Chris Galea u l-kumpanija tal-awdituri Grant Thorton. Din il-kumpanija hija l-istess waħda mqabbda mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali sabiex tagħmel audit fuq il-kotba finanzjarji ta’ numru ta’ Kunsilli Lokali fosthom dak ta’ San Ġwann.

Is-Segretarju Parlamentari José Herrera talab lill-bord biex sal-aħħar ta’ Settembru 2013 jippreżenta rapport preliminari.