Il-Gvern jagħti rigal li jiswa €100 lil kull anzjan f’San Vinċenz

L-anzjani residenti f’San Vinċenz de Paul ingħataw rigal ta’ madwar €100 kull wieħed.
Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal fil-Parlament li bħala rigal tal-Milied, l-anzjani ngħataw ħwejjeġ, skont l-għażla tagħhom mil-listi li pprovdewlhom.
Il-lista kienet tinkludi kardigans, joggers, piġami, kalzetti, żraben tal-ġiri, ħwejjeġ ta’ taħt, xugamani u facecloths.
Barra minn hekk kull resident ingħata kutra li tiswa €25 minħabba l-kesħa prevista.
Il-Ministru Farrugia kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
Ritratt: Arkivji