Il-Gvern jagħti €55,000 lill-Palestina

Ritratt: MFTP

Read in English.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ppreżenta €55,000 lill-Palestina.

Waqt żjara fil-Palestina, il-Ministru spjega li dawn il-flus se jinqasmu f’żewġ għotjiet – €5,000 lill-Prim Ministru Palestinjan għar-restawr tal-Knisja tan-Natività f’Betlem, u €50,000 lill-UNRWA għall-għajnuna li tagħti lir-refuġjati.  Dawn jiżdiedu mal-€55,000 li Malta tat iżjed kmieni din is-sena.

Il-ħsieb wara din iż-żjara kien li jingħalaq tieni ċiklu tal-Kumitat Intergovernattiv Konġunt bejn Malta u l-Palestina, li wassal għal qbil fuq numru ta’ inizjattivi fl-oqsma tal-kummerċ, tal-kultura, tal-affarijiet soċjali, u tal-edukazzjoni.

Malta offriet li tħarreġ lil għadd ta’ diplomatiċi Palestinjani fl-Ingliż kummerċjali, kif ukoll lil uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili.