Il-Gvern iwiegħed xogħol lill-ħaddiema mkeċċija mill-Alvogen

Il-Gvern Malti assigura lill-impjegati kollha li tkeċċew ilbieraħ mill-kumpanija farmaċewtika Alvogen, li se jinstabilhom xogħol ieħor fl-istess industrija.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ekonomija qal li kkuntattja lill-uffiċjali tal-Alvogen, li spjegaw li tkeċċijiet kienu parti minn deċiżjoni korporattiva li affettwat id-dinja kollha u mhux Malta biss.
Għaldaqstant il-Ministeru kkjarifika li din id-deċiżjoni ma tirriflettix il-klima ekonomika ta’ Malta, jew il-kompetittività fis-settur farmaċewtiku.
Minħabba f’hekk, il-Ministeru ikkommetta ruħu sabiex jinstabilhom xogħol ġdid, hekk kif jgħid li qed isiru bosta investimenti fis-settur, li jinkludu inizjattivi leġiżlattivi li qed jaħdmu sabiex jiddiversifikawh.