Il-Gvern iwiegħed li se jipproteġi l-każini

Il-każini tal-baned li ilhom jeżistu mill-inqas tliet ġenerazzjonijiet se jingħataw ‘protezzjoni’ f’każ li huma f’riskju ta’ żgumbrament.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li permezz ta’ din il-liġi li qed tidħol fis-seħħ, il-Gvern qed jipprova joħloq bilanċ bejn id-drittijiet tal-baned u tas-sidien. Din il-liġi tiġi xahar wara li l-Gvern ħabbar li se jipproteġi l-każini tal-baned biex ma jispiċċawx fit-triq.

Xahar ilu, il-Gvern ippropona emendi li jintroduċu depożitu li jsir mill-Għaqda Mużikali biex tagħmel tajjeb li f’każ li tispiċċa l-kirja, is-sid ikun jista’ jġib lura l-propjetà fl-istat oriġinali.

Barra minn hekk, is-sid issa se jgawdi wkoll mid-dritt li jikkontesta l-kundizzjonijiet tal-kera quddiem il-bord li jirregola l-kera.