Il-Gvern itenni li r-rapport tal-każ ta’ Triq Żekka se jippubblikah

Il-Gvern tenna li l-investigazzjoni b’rabta max-xiri ta’ nofs propjetà fi Triq Żekka, se tiġi ppubblikata biex tiġi assigurata trasparenza sħiħa fil-każ.
Fi stqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, il-Gvern qal li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jippubblika l-investigazzjoni ma tmur kontra l-ebda liġi.
Spjega li d-dipartiment li qed jagħmel l-investigazzjoni ma jistax jippubblika rapporti imma meta dan jgħaddi lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, se jkun il-Prim Ministru li jiddeċiedi jekk ir-rapport jiġix ippubblikat jew le.
Il-Gvern fakkar li l-Prim Ministru diġà għamilha ċara li r-rapport se jsir pubbliku.