Il-Gvern isellem il-memorja ta’ Horst Brandstӓtter

Il-Gvern sellem il-memorja ta’ Horst Brandstӓtter, il-propjetarju tal-Brandstӓtter Group, li waħda mill-kumpanija sussidjarji tagħha hija l-Playmobil Malta.
Huwa miet fl-eta’ ta’ 81 sena.
Il-Kumpanija Playmobil hija magħrufa internazzjonalment l-aktar għal figuri tal-plastik li tipproduċi.
Playmobil Malta, li preżentament timpjega madwar elf persuna, bdiet topera f’Malta fl-1971, l-ewwel f’Bulebel u aktar tard f’Ħal Far.
Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona, esprima l-kondoljanzi tal-Gvern Malti lill- familja ta’ Horst Brandstӓtter u lill-impjegati tiegħu, inkluż dawk f’Malta.