Il-Gvern irid rapport dwar id-dewmien tat-titjriet minħabba l-qtugħ tad-dawl

Il-Ministru għat-Turiżmu qed jistenna rapport tekniku dwar għaliex għadd ta’ titjiriet li ma waslux jew ma telqux fil-ħin mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minħabba l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
F’laqgħa urġenti dwar dak li ġara t-Tlieta filgħaxija, il-Ministru Edwrad Zammit Lewis iltaqa’ mar-rappreżentanti mill-Malta Air Traffic Services, Malta International Airport u r-Regolatur tal-Avjazzjoni Ċivili.
Il-Ministru għat-Turiżmu li huwa wkoll responsabbli mill-Avjazzjoni Ċivili lbieraħ sejjaħ laqgħa urġenti dwar dak li seħħ it-Tlieta fejn numru ta’ titjiriet li ma waslux jew ma telqux fil-ħin mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minħabba l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 
Jidher li din kienet l-ewwel darba li ġara inċident bħal dan fl-ajruport.  Ir-rapport mistenni jinkludi fih rimedji biex ma terġax tiġri sitwazzjoni bħal ta’ nhar it-Tlieta.
Fl-istess waqt li Malta kollha kienet bla dawl, l-ajruport kellu problema fis-sistema tal-ġeneraturi u s-servizzi li jingħataw fir-runway kellhom jieqfu għal 25 minuta.
Kawża tan-nuqqas ta’ elettriku, l-Air Malta kellha problema b’disa’ titjiriet.