‘Il-Gvern irid joħroġ b’miżuri li jħarsu fit-tul fis-settur tal-enerġija’ – AD

Altenattiva Demokrarika qalet li Malta trid tersaq lejn ekonomija ibbażata fuq enerġija li tiġġedded u li ma tiddependix fuq iż-żejt. Qalet li dan ikun ifisser li Malta tkun qed tinvesti f'arja nadifa għaċ-ċittadini tagħha, tnaqqas id-dipendenza fuq sorsi ta' enerġija barranin u tħalli aktar flus fl-ekonomija lokali. Il-kelliem ta’ Alternattiva Demokratika għall-Enerġija Ralph Cassar qal li dan ikun ifisser ukoll il-ħolqien ta' impiegi ġodda fis-settur tal-enerġija nadifa.

Huwa qal li l-gvern ma jistax jibqa' joħrog inizjattivi li ma jħarsux fit-tul f'dan is-settur għax fi kliemu din hija politika li qed tippenalizza kemm kumpaniji zgħar kif ukoll haddiema. Dawn il-kummenti ingħataw b’rabta mar-rapport li ġie ppublikat ilbieraħ mill-Ġnus Maqgħuda dwar it-Tibdil fil-Klima.