Il-Gvern irid jiġbor €800,000 mingħand pazjenti barranin

Arkivji

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li sal-aħħar tal-2017, il-Gvern kien għad fadallu jiġbor aktar minn €800,000 mingħand pazjenti barranin għas-servizzi tas-saħħa li ħadu f’Malta u li ma kellhomx dritt għal servizz b'xejn.
Is-somma totali hija ta' €836,309.41.
Il-Ministru Fearne kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.