Il-Gvern irid jgħin lil media houses jgħaddu mill-pandemija – Comodini Cachia

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li l-media houses indipendenti mhux jirnexxilhom jgħaddu din il-pandemija jekk il-Gvern ma jimplimentax miżuri ta’ kwalità biex isalvahom.

Comodini Cachia ħadet il-ħin tal-aġġornament tat-Tlieta filgħaxija biex tappella lill-Gvern biex joħroġ  b’numru ta’ miżuri mfassla bilgħaqal li jippromwovu t-trasparenza, isaħħu l-indipendenza u jagħtu l-mezzi neċessarji lill-media houses biex jaċċertaw il-verità tal-aħbar.

Hija qalet li l-miżuri offruti huma arbitarji u mhux biżżejjed biex isalvaw lill-media houses independenti li fl-aħħar snin raw tnaqqis fid-dħul tagħhom u żieda fl-ispejjeż wara li n-nies biddlu l-abitudnijiet tagħhom dwar kif ifittxu l-aħbarijiet.

Comodini Cachia qalet li barra minn hekk il-Gvern irid jiżgura li l-ġurnalist ikun jista’ jaċċedi għall-informazzjoni, joftoq ir-realtajiet mhux veritieri, jingħata l-għodod, u l-aċċess biex jitħarreġ il-verità tal-fatti.

Il-kelliema qalet li filwaqt li r-riklamar naqas minħabba l-inċertezza tal-COVID-19, fl-aħħar snin, l- abbitudnijiet tan-nies li jfittxu l-aħbarijiet online kellu mpatt mhux żgħir fuq id-dħul tal-media houses.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn