Il-Gvern irid inaqqas bin-nofs l-imwiet f’inċidenti tat-traffiku sal-2020

Tnediet kampanja edukattiva dwar il-moderazzjoni fix-xorb u s-sewqan responsabbli fejn l-għan tal-Gvern huwa li jnaqqas bin-nofs l-imwiet f’inċidenti tat-traffiku sal-2020.
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li l-mira aħħarija li jrid jilħaq il-Gvern hija dik li fasslet il-Ġnus Magħquda fejn trid li ma tintilef l-ebda ħajja f’inċident tat-traffiku sal-2030.
Semma kif f’Diċembru ta’ sentejn ilu, ġew introdotti l-breathalysers li jintremew wara l-użu. Semma kif il-Gvern għandu l-ħsieb li jemenda l-liġi biex il-kontenut tal-alkoħol fid-demm ittollerat fis-sewqan, jinżel minn 0.8 għal 0.5.
Dwar l-ispezzjonijiet fuq il-baħar, il-Ministru Borg qal li saret nefqa ta’ kważi €180,000 minn Transport Malta fejn inxtraw żewġ dgħajjes, tliet muturi, u żewġ vetturi kummerċjali biex jgħinu lill-uffiċjali tal-infurzar.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo