Il-Gvern iniedi skema ġdida għall-isportivi

Il-Gvern nieda l-Flexi Training Scheme li hi miftuħa għall-atleti elitisti li jmorru jikkompetu barra l-pajjiż.
L-iskema hi riforma ta’ dik magħrufa bħala 20/20 b’miżuri ġodda.
L-iskema mistennija tkun aktar flessibli fejn jidħlu ħiniijiet iddedikati għax-xogħol u għat-taħriġ. 
Il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) se jsegwi lill-atleti mill-qrib, anke permezz ta’ spot checks, biex ikunu massimizzati l-vantaġġi tal-iskema, waqt li l-għażla tal-atleti se tkun waħda iktar trasparenti.