Il-Gvern Ingliż jgħid li l-vaċċin mistenni jibda jitqassam fl-ewwel nofs tal-2021

Pexels

Read in English.

Is-Segretarju għas-Saħħa Ingliż Matt Hancock qal li vaċċin għal kontra l-COVID-19 “għad m’hemmx” iżda l-Gvern qed iħejji ruħu biex ikun lest biex jibda jqassmu, fejn l-aspettattiva ewlenija issa hija għall-ewwel nofs tal-2021.

Hancock qal li qed jistenna li l-parti l-kbira tat-tqassim se jkun jista’ jsir matul l-ewwel nofs tas-sena d-dieħla. Mistoqsi jekk hux se jkun hemm min jirċievi l-vaċċin din is-sena huwa qal: “Ma neskludi xejn iżda dan mhuwiex dak li qed nistenna.”

“Irridu nkunu lesti f’każ li kollox imur kif suppost iżda minix qed nistenna li se nkunu qed nagħmlu dan din is-sena iżda l-programm miexi sew, iżda għadna ma wasalniex.”

Sadattant, il-kumpanija Ingliża tal-farmaċewtika AstraZeneca qalet li l-vaċċin ta’ kontra l-COVID-19 li qed ikun żviluppat mill-Università ta’ Oxford jipproduċi rispons simili ta’ immunità kemm f’adulti kbar kif ukoll f’adulti iżgħar, filwaqt li r-rispons avvers, kien iżjed baxx fost l-anzjani.