Il-Gvern impenjat li jnaqqas il-burokrazija u jżid il-kompetittività – Edward Scicluna

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna sostna li l-Gvern jinsab impenjat li jnaqqas il-burokrazija u tiżdied il-kompetittività biex iħeġġeġ aktar investituri biex jinvestu.
Il-Ministru Scicluna qal dan meta kien qed jindirizza l-ftuħ tal-konferenza tal-Malta Association of Credit Management.
Edward Scicluna irrimarka kif l-ekonomija ta’ Malta hija b’saħħitha u kif fil-baġit hemm numru ta’ miżuri li se jgħinu t-tkabbir ekonomiku.
Għamel ukoll referenza għas-sitwazzjoni preżenti fl-Afrika ta’ Fuq u kif Malta, bil-pożizzjoni strateġika u l-istabbilità ekonomika, irnexxilha tattira organizzazzjonijiet internazzjonali biex jibbażaw il-kummerċ tagħhom f’pajjiżna. 

Ritratt: DOI – Pierre Sammut