Il-Gvern impenjat li jaqta’ l-burokrazija b’25%

Il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija  Anthony Agius Decelis qal li l-Gvern huwa kommess li jaqta’ l-burokrazija żejda b’25%. Huwa qal li dan huwa important sabiex tiġi miġġielda l-korruzzjoni u biex ikun hemm ħajja iktar faċli għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin meta jużaw xi servizz tal-gvern.
Waqt sensiela ta’ laqgħat bit-tema ‘Effiċjenza fil-Ħidma tal-Gvern’, Anthony Agius Decelis semma kif dan il-Gvern huwa impenjat li jsaħħaħ l-aspett ta’ governanza tal-qafas regolatorju, kif ukoll li jwettaq simplifikazzjoni fil-liġijiet u r-regolamenti eżistenti.
F’dawn il-laqgħat ħa sehem ukoll fost l-oħrajn il-kelliem uffiċjali tal-Gvern Carmelo Abela.

Ritratt: DOI – Martin Attard