Tħassib dwar il-529 li ngħataw il-piena tal-mewt fl-Eġittu

Il-Gvern Malti esprima t-tħassib tiegħu dwar li qorti fl-Eġittu, ilbieraħ ikkundannat 529 individwu għall-mewt.
 
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li Malta minn dejjem kienet kontra l-piena kapitali fiċ-ċirkostanzi kollha, minħabba li tqisha bħala att li jmur kontra d-dinjità tal-bniedem.
 
Filwaqt li l-Gvern itenni s-sostenn kontinwu tiegħu għall-proċess tal-bidla fl-Eġittu, qed iħeġġeġ lill-Awtoritajiet Eġizzjani biex jirrispettaw id-drittijiet tal-akkużati għall-proċess ġudizzjarju ġust.