Il-Gvern ikaxkar saqajh dwar Wied Għomor

L-Għaqda mhux Governattiva Ambjentali (ENGO) Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) qalet li l-Gvern qed ikaxkar saqajh fil-każ ta’ Wied Għomor.

Fl-istqarrija l-FAA staqsiet kif il-proċess li jkunu kkusidrati l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp kontroversjali huwa ħafna aktar mgħaġġel minn dak li jiddetermina li Wied Għomor tkun żona riservata għall-pubbliku biex ma jkunx jista’ jseħħ l-ebda żvilupp fiha.

L-FAA irrimarkat li l-Gvern nefaq €3 miljun fuq studju dwar fatturi soċjali fuq saħħitna meta huwa fatt magħruf li stili ta’ ħajja mhux xierqa għas-saħħa huma riżultat tal-politika tal-gvern li tmur kontra l-ispazji miftuħa u kontra n-natura.