Il-Gvern iħeġġeġ lil Maltin biex jitilqu mil-Libja

Il-Gvern Malti ġedded l-avviż tiegħu kontra safar minn u lejn il-Libja filwaqt li ħeġġeġ lil dawk il-Maltin li għadhom fil-Libja biex jitilqu mill-pajjiż permezz ta' mezzi kummerċjali.‎
Fi stqarrija, il-Gvern qal se jkompli b’inizjattivi li ħa tul dawn l-aħħar ġimgħat biex jagħmel kuntatt mal-Maltin li hemm fil-Libja u jorganizza titjirijiet kummerċjali biex jinġiebu lura Maltin li jgħixu l-Libja.
Il-Gvern qal li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kien f'kuntatt kontinwu mal-Maltin li jgħixu l-Libja u jirriżulta li l-persuni li għadhom fil-Libja għażlu huma li jibqgħu hemm.
Il-Gvern Malti għamel dan l-avviż fl-istess ħin ta' avviżi simili li qed joħorġu r-Renju Unit u Franza.