L-istess kumpens mill-Gvern għal omiċidju u ħsara fuq propjetà

Il-Gvern ħallas l-istess ammont ta’ kumpens fuq każ ta’ omiċidju u ieħor għal ħsara fuq propjetà. 
Dan ħareġ mit-tweġiba li ta l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.
Dan il-kumpens ingħata permezz tar-Regolamenti tal-2007 dwar Kumpens għal Ħsara kkawżata mill-Kriminalità.
Il-Gvern kellu seba’ talbiet li minnhom irrifjuta ħamsa u aċċetta tnejn – waħda fuq omiċidju volontarju u l-oħra fuq ħsara fuq il-proprjetà.
It-tnejn ingħataw kumpens ta’ €23,293.73 kull wieħed.