Il-Gvern ħallas €1.1 miljun għax tilef kawżi relatati mal-kera

Il-Gvern Malti kellu jħallas €1.1 miljun f’danni wara li tilef kawżi fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem relatati ma’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem mil-liġijiet tal-kera.
Il-Ministru Owen Bonniċi qal li din is-somma tħallset għal kawżi bejn l-2013 u 2018 relatati mal-att dwar il-kera tal-1979.