Il-Gvern għandu jieħu €1.2 biljun f’arretrati

Il-Ministru għall-Ekonomija Edward Scicluna qal li l-Gvern għandu jieħu b`€1.2 biljun f’arretrati.
L-arretrati fid-dħul tal-Gvern jinġemgħu għal diversi ragunijiet, fosthom dawk taż-żmien li fihom jinġabru, raġunijiet legali u oħrajn.   
Meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, il-Ministru qal li skont l-aħħar ċifri awditjati mill-Awditur Ġenerali kif ippubblikati fir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika dwar il-kontijiet pubbliċi għall-2016, dik is-sena għalqet b’madwar €1.2 biljun f’arretrati.
Il-Ministru qal kif muri f’dan ir-rapport, matul l-istess sena, is-settur pubbliku ġabar madwar €192.3 miljun f’arretrati. 
Temm jgħid li regolarment isiru sforzi biex il-livell tal-arretrati jinżammu f’livell baxx kemm jista’ jkun.