“Il-Gvern għandu jħalli d-deċiżjonijiet fuq il-Covid-19 f’idejn l-awtoritajiet tas-saħħa” – PN

Professor Charmaine Gauci and Opposition Leader Bernard Grech
Partit Nazzjonalista

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern għandu jħalli d-deċiżjonijiet fuq il-pandemija f’idejn l-awtoritajiet tas-saħħa.

Ilbieraħ, it-tim ta’ azzjoni fi ħdan l-Oppożizzjoni li waqqaf il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech iltaqa’ mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci u mal-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN).

Waqt il-laqgħa, il-Kap tal-Oppożizzjoni tenna li l-Oppożizzjoni tafda lis-Supretendent u lil esperti oħra fis-saħħa pubblika. Huwa kkummenta fuq kif ix-xogħol li qed isir minn dawn in-nies qed jiġi mfixkel mill-kummenti kuntrastanti li jagħmel il-Prim Ministru Robert Abela.

F’intervista li kellu nhar il-Ħadd li għadda, Grech qal li jinsab ċert li kien hemm mumenti meta l-Prof. Gauci riedet iddaħħal xi miżuri biex titrażżan il-pandemija, iżda l-Prim Ministru opponiehom.

Fil-laqgħa tiegħu mal-MUMN, Grech irringrazzja lill-ħaddiema tas-saħħa u lil dawk li kienu minn ta’ quddiem biex jiġġieldu l-pandemija. Ġie diskuss in-nuqqas ta’ riżorsi umani. L-unjin semmiet ukoll il-kwistjoni ta’ nuqqas ta’ infermiera mħarrġin fil-kura intensiva.

Partit Nazzjonalista meets MUMN
Partit Nazzjonalista

Grech stqarr li l-pajjiż jeħtieġ tmexxija responsabbli u viżjoni ċara biex l-għadd ta’ każijiet tal-coronavirus jinżamm baxx.

It-tim ta’ azzjoni tal-PN kellu jiltaqa’ wkoll mal-MAM.