Il-Gvern għandu jassigura saqaf fuq ras kulħadd – 20 NGO

REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Għoxrin għaqda non-governattiva qalet li l-Gvern għandu “responsabbilità legali u morali” biex jassigura li kull bniedem ikollu saqaf fuq rasu.

Fi stqarrija konġunta b’reazzjoni għall-għeluq tar-razzett f’Ħal Qormi, wara li fih instab li kienu qed jgħixu madwar 110 ħaddiem barrani, b’mod abbużiv l-għaqdiet qalu li l-Gvern għandu jassigura li l-ħarsien tal-ħaddiema tingħata prijorità fuq it-tkabbir ekonomiku u żieda fil-profitti.

L-NGOs appellaw għal strateġija biex jiġi indirizzat il-bżonn ta’ akkomodazzjoni soċjali diċenti u affordabbli. Ħeġġew lill-Gvern biex jieħu azzjoni konkreta biex jimplimenta r-riforma fil-liġijiet tal-kera li kien wiegħed.

L-NGOs li ffirmaw l-istqarrija huma: aditus foundation, African Media Association, Allied Rainbow Communities, The Critical Institute, DrachmaLGBT, Drachma Parents Group, Integra Foundation, JRS Malta, Justice and Peace Commission of the Archdiocese of Malta, KOPIN, Malta Emigrants’ Commission, Malta LGBTIQ Rights Movement (MGRM), Migrant Women Association, Moviment Graffitti, Platform of Human Rights Organisation in Malta (PHROM), Richard Foundation, Solidarity with Migrants, SOS Malta, Spark 15, We Are.

Għal rapport sħiħ tista’ tidħol hawn.