Il-Gvern għandu fiduċja f’ Marlene Bonniċi u l-ħaddiema fi Brussell

Waqt żjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu f’ Dar Malta fi Brussell, Dr Muscat aċċerta l-pożizzjoni ta’ Marlene Bonnici bħala r-rappreżentanta permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

F’ Dar Malta fi Brussell, Dr Joseph Muscat aċċenna li hu jinsab lest li jaħdem ma’ kulħadd u għalhekk saħaq li ‘business as usual’. Dr Muscat sostna li x-xogħol mhux qed jsir għalih, iżda lil Malta u l-pajjiż kollu. Hu żied jgħid li jekk il-ħaddiema kienu qed jagħtu l-mija fil-mija tagħhom, issa jistenna il-mija u għaxra fil-mija.

Ritratt: Daniel Balzan