Aġġornata: Il-Gvern għandu evidenza ġdida dwar il-konkos f’Mater Dei

Il-Gvern qal li għadu kif irċieva evidenza ġdida dwar il-kwistjoni tal-konkos fl-Isptar Mater Dei.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa qal li reġa' ssejjaħ il-Bord ta’ Inkjesta, immexxi mill-Imħallef Emeritu Philip Sciberras biex jinvestiga l-evidenza l-ġdida.
Intant, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed tappella lill-Gvern biex ‘ma jaħlix ħin’ u jibgħat din l-evidenza direttament għand il-Pulizija.
L-Oppożizzjoni saħqet li "l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi imisshom jieqfu jilgħabu l-logħob tat-tfal u jieħdu azzjoni serja minnufih kontra dawk li wettqu frodi fil-konkos tal-isptar".
Reazzjoni Partit Laburista
Il-Partit Laburista f'reazzjoni qal lil-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed jibża minn inkjesta fejn kien qal li la ma waqax s’issa l-isptar mhux ser jaqa’ qatt, l-istess inkjesta li skontu kienet aljenazzjoni u tfigħ ta’ tajn.
L-istqarrija tal-Partit Laburista tgħid li l-Gvern ma jistax jieħu lezzjonijiet mingħand min fuq każ ta’ racket sħiħ għall-voti, ma marxgħand il-Pulizija kif qed jitlob li jsir issa. 
L-istqarrija ttemm tgħid li Simon Busuttil u l-Partit tiegħu għandhom ikunu konsistenti fuq dak li jgħidu għal dak li jagħmlu.