“Il-Gvern għamel ħafna wegħdi populisti” – Dr Adrian Vassallo

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, Dr Adrian Vassallo jitkellem mill-perspettiva ta' xi ħadd li llum jinsab 'il barra mill-qalba tal-poltika. Mindu rtira, ma esprima ebda fehma politika. Fuq inizjattiva tiegħu jew kien imġiegħel jiskot? U wara d-diżgwid bejnu u bejn Dr Joseph Muscat, illum Prim Ministru, kien hemm iżjed kuntatt bejniethom? U x'inhu l-assessjar li jagħmel tal-mod kif qed jiggverna Dr Muscat u l-mod kif qed tagixxi l-Oppożizzjoni? X'iħoss għall-fatt li ma ngħata l-ebda kariga, fl-istess waqt li individwi oħra f'diżgwid ma' Dr Muscat, illum jinsabu f'kariga uffiċjali?

Fost oħrajn, fl-intervista mal-ġurnalist Karl Wright, Dr Vassallo jikkummenta dwar il-fibra morali ta' pajjiżna wara d-diskors li għamel l-Arċisqof Pawlu Cremona f'Jum l-Indipendenza. Jikkummenta wkoll dwar l-isfidi quddiem pajjiżna fis-snin li ġejjin u saħansitra dwar Papa Franġisku u l-effett tiegħu fuq il-Knisja u d-dinja tal-lum.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt: