Il-Gvern fir-Rumanija kollu taħt kwarantina

Inquam Photos/Octav Ganea via REUTERS

L-interim Prim Ministru Ludovic Orban u s-17-il membru tal-Kabinett tpoġġew fi kwarantina, wara li senator min-National Liberal Party, Vergil Chitac, instab li kellu l-coronavirus.

Is-senaturi Liberali u l-ġurnalisti li attendew għall-konferenzi tal-aħbarijiet intalbu jagħmlu t-testijiet.

Ir-Rumanija kienet diġà tinsab għaddejja minn kriżi politika u issa s-sitwazzjoni ggravat xi ftit. Il-Gvern ta’ Orban tilef vot ta’ kunfidenza ħames ġimgħat ilu u l-alleat tiegħu, il-President Klaus Iohannis, sabha diffiċli li jsib mexxej ieħor li jgħaqqas il-pajjiż fiż-żmien tal-virus.

Madwar 1.2 miljun Rumen fl-Italja qed jipprovaw jirritornaw fir-Rumanija minkejja li l-Gvern appella biex dawn jibqgħu hemm. Sa issa hemm 70 każ tal-coronavirus fil-pajjiż.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn