Il-Gvern Ċek qed iżomm mal-Ungerija wara l-vot fl-UE

Il-Gvern Ċek qed iżomm mal-President tal-Ungerija Viktor Orban wara l-vot fil-Parlament tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jiġi issanzjonat il-pajjiż wara li kiser regoli tal-Unjoni Ewropea. Dan qalu il-Prim Ministru tar-Reppublika Ċeka Andrej Babis.

Il-vot kien l-ewwel pass biex il-Parlament jibda l-proċess li jiġi applikat l-Artiklu 7 tat-trattat tal-Unjoni Ewropea, għalkemm il-vot għandu ċans żgħir ħafna biex jispiċċa f’li l-Ungerija tiġi sospiża milli tivvota fl-Unjoni Ewropea.

Babis qal lil ġurnalisti minn Parlamentni Listy li dan kollu joħloq id-diżgwid bejn il-membri tal-Unjoni Ewropea, u li flok ngħinu lill-xulxin, moħħna biss fil-politika.