Il-Gvern b’website dwar il-coronavirus

REUTERS

Il-Gvern Malti nieda website dwar il-coronavirus bil-għan li l-pubbliku jinżamm aġġornat bl-aħħar żviluppi.

Malli wieħed jaċċessa s-sit se jara timeline tal-aħħar żviluppi lokali bl-istqarrijiet u l-konferenzi tal-aħbarijiet li saru dwar il-virus li qed idur id-dinja bħalissa. Sa issa, f’Malta għadu ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ dan il-virus.

Is-sit għandu wkoll paġna li turi dawk li huma l-fatti dwar il-virus u dawk li huma xnigħat. Dan sabiex il-pubbliku jkun jista’ jikkonferma dak li qed jisma’.

Fuq is-sit wieħed jista’ wkoll isib linjigwida dwar kif għandu jagħmel kwarantina volontarja. Dan wara r-rakkomandazzjoni tal-gvern sabiex kull min isiefer lejn pajjiżi fejn hemm riskju għoli li wieħed jiġi infettat bil-virus, jagħmel 14-il jum ta’ kwarantina f’daru.

Tista’ tara s-sit tal-gvern minn hawn.