Il-Gvern Bulgaru japprova US$12 miljun għal gruppi reliġjużi

Il-Knisja fil-Bulgarija tkompli tieqaf mal-foqra u l-morda

Il-Gvern Bulgaru għadu kemm approva nefqa ta’ US$ 12, (21.7 miljun leva) bħala sussidju għal gruppi reliġjużi, fosthom il-Knisja Ortodossa Bulgari u l-Musulmani.

Dan il-pass ittieħed wara li diversi gruppi reliġjużi fil-pajjiż qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ispejjeż li għandhom biex ikomplu joffru s-servizzi tagħhom lill-poplu.

Skont il-gazzetta “Sofia Globe”, il-Knisja Kattolika se tingħata $19 miljun filwaqt li l-minoranza Musulmana se tingħata $3 miljuni.

Dawn l-għotjiet saru possibbli wara li l-Parlament f’dawn l-aħħar sena u nofs għamel diversi bidliet fil-Liġi dwar il-Gruppi Reliġjużi.

Il-Prim Ministru Boiko Borissov qal li dawn il-flus juri li l-Gvern żamm kellmtu mas-Sinodu li jmexxi l-Knisja Ortodossa fil-pajjiż u mal-Kap tal-Mufti.

“Illum, kif impenjajna ruħna mas-Sinodu, l-Isqfijiet jistgħu jkomplu jirċievu s-salarji tagħhom, kif titlob il-Liġi” qal il-Prim Ministru f’dikjarazzjoni li għamel fl-24 ta’ April li għall-insara Ortodossi kienet parti mill-Ġimgħa Mqaddsa.

L-emendi li saru f’dawn l-aħħar xhur għal-Liġi dwar il-Gruppi Reliġjużi jagħmluha possibbli li d-dejn li l-gruppi reliġjużi għandhom mal-Gvern – inkluż ħlasijiet tas-sigurtà soċjali, jkunu mġedda u ma jitħallsux għalissa.

Din l-emenda partikolari biex il-qassisin u kjeriċi Musulmani, li kellhom il-pagi tagħhom iffriżati, jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jirċievu l-pagi tagħhom.